Seminars

Bħala parti mill-proġett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’, matul Settembru u Ottubru 2014 ġew organizzati sensiela ta’ tliet seminars fil-Grand Excelsior Hotel (il-Furjana) li matulhom iż-żgħażagħ kellhom l-opportunità li jsemmgħu leħinhom u jiddiskutu diversi temi marbuta maż-żgħożija u l-involviment tagħhom fl-għaqdiet tal-festi. It-temi inkludew ukoll aspetti tal-inklużjoni soċjali u kif din tirrifletti f’parteċipazzjoni fl-għaqdiet li jappartjenu fihom.

L-informazzjoni miksuba matul dawn it-tliet seminars ġiet ippreżentata u trattata matul il-konferenza nazzjonali li segwiet fit-18 ta’ Ottubru 2014 fis-Sala Palazzo Nobile (limiti tan-Naxxar).

Wordpress themes