Id-Disinn tal-Logo

cropped-logo-75.pngL-emblema fil-logo tal-proġett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’ ġiet iddisinjata miż-żgħażagħ li huma direttament involuti fil-proġett. Hija magħmula minn erba’ petali b’forma ta’ qalb, fejn kull qalb tirrappreżenta l-amor propju li eluf ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin għandhom għall-festa li huma jiċċelebraw.

Individwalment, il-kuluri użati għall-petali huma ġeneralment sinonimi ma’ xi festa jew oħra, u jirriflettu d-differenzi fl-opinjonijiet, il-fehmiet u l-firxa ta’ talent li ż-żgħażagħ iħaddnu. Minkejja dawn id-differenzi, qlub dawn iż-żgħażagħ jirrivolvu madwar għanijiet aħħarija simili u li jikkonverġu flimkien għal fok ċentrali.

Wordpress themes