Filmati

Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-festi tista tispiċċa sa’ 20 sena oħra

Servizz tal-aħbarijiet fuq NET TV li deher fit-23 ta’ Settembru 2014, fl-okkażjoni tal-konferenza stampa msejħa għall-midja lokali fil-bidu tal-attivitajiet tal-proġett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’.

Filmati: media.link communications
Aqra l-artiklu ta’ NET News


Il-festi għandhom popolarità maż-żgħażagħ

Servizz tal-aħbarijiet fuq NET TV li deher fl-24 ta’ Settembru 2014, fl-okkażjoni tal-konferenza stampa msejħa għall-midja lokali fil-bidu tal-attivitajiet tal-proġett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’.

Filmat: media.link communications


Sehem iż-żgħażagħ u l-futur tal-festi

Servizz tal-aħbarijiet fuq TVM li deher fit-23 ta’ Settembru 2014, fl-okkażjoni tal-konferenza stampa msejħa għall-midja lokali fil-bidu tal-attivitajiet tal-proġett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’.

Filmati: PBS
Aqra l-artiklu tal-PBS


Jistħarrġu l-involviment taż-żagħżagħ fil-festi Maltin

Servizz tal-aħbarijiet fuq TVM li deher fit-18 ta’ Ottubru 2014 dwar il-konferenza nazzjonali tal-proġett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’.

Matul il-konferenza, ġiet ippreżentata u trattata l-informazzjoni miksuba mit-tliet seminars li ppreċedewha. Għal din l-attività pparteċipaw żgħażagħ li għandhom għal qalbhom il-festi, policy makers tal-istat, għaqdiet nazzjonali taż-żgħażagħ, akkademiċi mil-Università ta’ Malta, u entitajiet reliġjużi. L-għan aħħari kien sabiex jifhmu aħjar l-involviment taż-żgħażagħ fil-festi.

Filmati: PBS
Aqra l-artiklu tal-PBS


Stħarriġ dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-festi

Servizz tal-aħbarijiet fuq NET TV li deher fit-18 ta’ Ottubru 2014 dwar il-konferenza nazzjonali tal-proġett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’.

Matul il-konferenza, ġiet ippreżentata u trattata l-informazzjoni miksuba mit-tliet seminars li ppreċedewha. Għal din l-attività pparteċipaw żgħażagħ li għandhom għal qalbhom il-festi, policy makers tal-istat, għaqdiet nazzjonali taż-żgħażagħ, akkademiċi mil-Università ta’ Malta, u entitajiet reliġjużi. L-għan aħħari kien sabiex jifhmu aħjar l-involviment taż-żgħażagħ fil-festi.

Filmati: media.link communications
Aqra l-artiklu ta’ NET News


Sehem iż-żgħażagħ u l-futur tal-festi

Intervista ma’ Chris Schembri Baldacchino, wieħed mill-koordinaturi tal-proġett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’, u Dr Andrew Azzopardi, konsulent u riċerkatur fil-proġett, waqt il-programm TVAM fuq l-istazzjon nazzjonali TVM nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju 2015.

Filmati: PBS


Iż-żgħażagħ u l-festi

Diskussjoni ma’ Chris Schembri Baldacchino, wieħed mill-koordinaturi tal-proġett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’, u Dr Andrew Azzopardi, konsulent u riċerkatur fil-proġett, waqt il-programm Newsfeed fuq NET TV nhar it-Tlieta 9 ta’ Ġunju 2015.

Filmati: media.link communications


Ħajja aħjar jekk tipparteċipa fil-festa

Servizz tal-aħbarijiet fuq TVM li deher fis-17 ta’ Ġunju 2015 dwar it-tnedija tal-publikazzjoni akkademika “Young People and the ‘Festa’ in Malta“. Din il-publikazzjoni li hija ġabra ta’ riċerka li tirrelata mal-Festa Maltija minn numru ta’ akkademiċi Maltin, u li tifforma parti mill-proċett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’.

Filmati: PBS
Aqra l-artiklu tal-PBS


Il-Kap tal-Oppożizzjoni ppreżentat bi ktieb dwar is-sehem taż-żgħażagħ fil-festi

Servizz tal-aħbarijiet fuq NET TV li deher fis-17 ta’ Ġunju 2015 dwar il-preżentazzjoni tal-publikazzjoni akkademika “Young People and the ‘Festa’ in Malta“ lill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil. Din il-publikazzjoni li hija ġabra ta’ riċerka li tirrelata mal-Festa Maltija minn numru ta’ akkademiċi Maltin, u li tifforma parti mill-proċett ‘qalb żagħżugħa, festi inklussivi’.

Filmati: media.link communications
Aqra l-artiklu ta’ NET News

Wordpress themes